Raġel minn Liverpool ammetta li kien qed jibgħat id-drogi lilu nnifsu mir-Renju Unit.
Iż-żagħżugħ kien arrestat il-Ħamis wara li Maltapost ġibdet l-attenzjoni tal-pulizija fuq il-pakkett.
Huwa kien akkużat bl-importazzjoni ta’ sitt grammi ħaxix tal-kannabis, tmien grammi ketamine u b’pussess tad-drogi.
L-akkużat ammmetta li bagħat il-pakkett lilu nnifsu u wieġeb ħati għall-akkużi.
Id-difiża qablet mal-prosekuzzjoni li l-każ kien wieħed fejn l-importazzjoni saret għall-użu personali, bil-prosekuzzjoni tgħi li mhux se tfittex sentenza ta’ ħabs.
Il-Maġistrat Joe Mifsud ta s-sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal sentejn, u multa ta’ ħames mitt ewro.