Sarah Young u t-tim tal-esperti tagħha, jingħaqdu biex flimkien jibdlu spazji komuni f’meravilja ta’ postijiet adattati għal tiġijiet, festini u okażżjonijiet oħra. ‘Flip the venue‘ huwa l-isem ta’ programm televiżiv ġdid fuq ONE fejn is-segwaċi ser jiġu spirati b’ideat ta’ stil u tal-aħħar xejriet ta’ moda li jservu biex il-festini jew tiġijiet tagħhom ikunu fuq fomm kulħadd.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/01/07155326/Flip_The_Venue_Logo-1024x576.jpg)
Il-programm ser jibda jixxandar mill-Ħadd 9 ta’ Jannar, fil-11:30am. F’dan il-filmat, hawn taħt tistgħu tgawdu ftit mill-ħafna li ser taraw waqt ‘Flip the venue‘.