Ftit tal-jiem ilu bdew ix-xogħlijiet fis-Suq tal-Belt bil-għan li jingħata ħajja ġdida. Dan il-proġett, li mistenni jsir mill-privat b’investiment ta’ €10 miljun, se jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla.
Il-Perit tal-proġett, il-Professur Marco Casamonti, spjega li l-binja se tinqasam f’tliet partijiet: il-parti fejn se jkun hemm is-suq, it-terran fejn jisserva l-ikel u l-parti ta’ fuq bħala spazju ta’ mistireħ. Dan tal-aħħar ser jintuża għall-affarjiet kulturali. Jemmen li din ir-rinovazzjoni se tagħmel din iż-żona aktar popolari mat-turist. B’dan il-proġett mistenni jgħaqqad il-passat, il-preżent u l-futur.
Fuq il-proġett mistennija jaħdmu madwar mitejn ħaddiem tal-kostruzzjoni u jiġġenera madwar 140 impjieg.
Il-Perit Casamonti stqarr li dan huwa l-ewwel proġett li se jaħdem fih. Ħaem fuq is-suq ta’ San Lorenzo, f’Firenze.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-V18 Jason Micallef stqarr li dan il-proġett se jikkontribwixxi għall-avveniment ta’ sentejn oħra.