Mil-lum, Transport Malta ser tibda xogħlijiet estensivi fit-toroq fl-inħawi tar-Roman Villa r-Rabat. Ix-xogħol ser isir f’fażijiet matul il-ġurnata u mistenni li jkun lest sat-tieni ġimgħa t’Awwissu 2017.
Ix-xogħlijiet ser isiru mit-triq li tinsab kantuniera mal-bank saċ-ċimiterju tar-Rabat, u jinkludu wkoll il-pjazza ta’ quddiem ir-Roman Villa.
Biex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, it-triq ser tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun imma f’xi mumenti u ħinijiet matul il-ġurnata, ix-xogħol jirrikjedi li ċertu partijiet jingħalqu għat-traffiku.
Inħeġġu lis-sewwieqa biex jgħaddu minn toroq alternattivi u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.