L-ewwel laqgħa tal-Kunsill Ewropew għas-summit ta’ tliet ijiem, li fost oħrajn se jiddiskuti Brexit, saret ilbieraħ. Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fi Brussell biex flimkien mal-kollegi tiegħu, jiddiskuti l-aħjar triq ‘il quddiem għall- EU27 fid-dawl ta’ Brexit, u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni.
Dan is-summit qed jissejjaħ il-“make or break” għan-negozjati Brexit, hekk kif il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qed tkun ordnata toħroġ bi proposti friski dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.
Il-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi tibqa’ l-iktar waħda kontroversjali, tant, li hemm ċans kbir li May titlef il-maġġoranza f’Westminster u jkollha ssejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.