L-ajruport ta’ Hong Kong kompla bl-operat wara lejl ta’ kaos, bi ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija ta’ kontra l-irvelli.
Mijiet ta’ titjiriet tħassru fil-jum tat-Tlieta wara li d-dimostranti mlew il-binjiet tat-terminal.
Kmieni l-Erbgħa, it-titjiriet dehru li kienu qed joperaw kif skedat, għalkemm kien hemm xi ftit li tħassru jew kellhom xi dewmien.
Wara jiem ta’ tfixkil, l-Awtorita tal-Ajruport qalet li kisbet inibizzjoni temporanju li tipprojbixxi dimostranti milli jidħlu f’ċertu żoni.