Ħaddiema tal-Aġenzija Infrastruttura Malta qed iqiegħdu l-pedamenti ta’ l-istrutturi bir-rampi li se jwieżnu l-pont il-ġdid ta’ Vjal l-Avjazzjoni,
Il-pont se jintuża minn ċiklisi u minn persuni li jkunu miexjin fit-triq biex jaslu għan-naħa l-oħra ta’ Vjal l-Avjazzjoni b’mod aktar sigur.
F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ Facebook, l-Aġenzija qalet ukoll li għaddej xogħol fuq il-bini tal-bażi tal-ħadid tal-pont. Mat-tlestija tiegħu dan se jipprovdi aċċess sigur u effiċjenti mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Ħal Luqa.