It-Tnejn filgħaxija waslet fi tmiemha t-tieni edizzjoni konsekuttiva ta’ ‘Rigal b’Imħabba’. Ammont kbir ta’ Maltin laqgħu l-istedina ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u ħallew rigali għal tfal vulnerabbli taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Fid-diskors tagħha fl-għeluq tal-inizjattiva li kienet imbuttata wkoll minn bint il-Prim Ministru u martu, Giorgia Mae, mart il-Prim Ministru Lydia Abela spjegat kif l-idea nibtet is-sena li għaddiet u ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku.
Intant, din is-sena l-inizjattiva rat sehem aktar wiesgħa tas-soċjetà.
Dr Lydia Abela għaddiet messaġġ li waslilha mingħand tifla li ser tkun qed tirċievi rigal fil-jiem li ġejjin fejn stqarret li l-ġest biddel is-sinifikat tal-Milied tal-istess familja. “Nemozzjona ruħi meta naraw dawn l-ommijiet illi jieħdu ritratt tal-ittra illi jkunu irċevew fejn jirringrazzjawni u jgħiduli kemm huma emozzjonati li qabżilhom id-dmugħ kif saru li t-tfal tagħhom ser jirċievu rigal, għaliex huma ma setgħux jixtrulhom rigal. Dik lili timlini b’sodisfazzjon kbir u allura nixtieq nirringrazza lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu.”
Mart il-Prim Ministru nnutat li l-kobor ta’ din l-inizjattiva hija s-solidarjetà tal-Maltin, li wieħed jagħti mingħajr ma jistenna xejn lura.
Hija appellat li min ma laħaqx iħalli r-rigal tiegħu taħt is-siġra tal-Milied jista’ jagħmel dan matul din il-ġimgħa.
Abela estendiet l-appell tagħha għall-Istrina ta’ din is-sena li wkoll ser turi l-valur tas-solidarjetà tal-Maltin.
Intant din is-sena, il-Korpi Dixxiplinati ukoll taw sehemhom f’din l-inizjattiva billi ser jgħinu fit-tqassim tar-rigali.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri nnota l-ħidma sfieqa tal-Korpi Dixxiplinati matul din l-inizjattiva li mistennija tkompli fis-sigħat li ġejjin fit-tqassim tal-istess rigali għand il-familji Maltin u Għawdxin.
Charles Galdes, uffiċjal tas-servizzi ta’ detenzjoni qalilna kif beda il-proċess tat-tqassim tar-rigali ħalli kulħadd jirċievi r-rigal tiegħu sal-ġurnata tal-Milied. “Aħna bħala ħaddiema tad-detenzjoni ġejna nagħtu s-sehem tagħna ukoll illum f’din il-kawża ġusta, ta’ ġbir ta’ rigali għal tfal inqas ixxurtjati minnha. Issa għada ikollna l-assortment tar-rigali, ikollna it-tqassim ukoll fl-istituti u fid-djar.”
Illejla waslet fi tmiemha t-tieni edizzjoni ta’ ‘Rigal b’Imħabba’. Ammont kbir ta’ Maltin laqgħu l-istedina ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela u ħallew rigali għal tfal vulnerabbli taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Din is-sena, il-Korpi Dixxiplinati ukoll taw is-sehem tagħhom f’din l-inizjattiva billi ser jgħinu fit-tqassim tar-rigali.
Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri nnota l-ħidma sfieqa tal-Korpi Dixxiplinati matul din l-inizjattiva li mistenni tkompli fis-sigħat li ġejjin fit-tqassim tal-istess rigali għand il-familji Maltin u Għawdxin.
Fid-diskors tagħha, mart il-Prim Ministru Lydia Abela spjegat kif l-idea nibtet is-sena li għaddiet u ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku.
Intant, din is-sena l-inizjattiva rat sehem aktar wiesgħa tas-soċjetà, bil-konkorrenza ta’ aktar nies.
Hija tenniet messaġġ li wasslilha mingħand omm ta’ tifla li ser tkun qed tirċievi rigal fil-jiem li ġejjin fejn stqarret li l-ġest biddel is-sinifikat tal-Milied tal-istess familja.
Lydia Abela nnotat li l-kobor ta’ din l-inizjattiva huwa li turi biċ-ċar is-solidarjetà tal-Maltin li wieħed jagħti mingħajr ma jistenna xejn lura.
Hija appellat li min ma laħaqx iħalli r-rigal tiegħu taħt is-siġra tal-Milied jista’ jagħmel dan matul din il-ġimgħa.
Abela estendiet l-appell tagħha għall-Istrina ta’ din is-sena li wkoll ser turi s-solidarjetà tal-Maltin.