In-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tal-2019 tal-Malta EY Entrepreneur of the Year™ Award issa huma miftuħa u se jibqgħu jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2019. Il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-imprendituri mis-setturi kollha, kemm dawk stabbiliti kif ukoll dawk ġodda, u r-rebbieħ jitħabbar waqt iċ-ċeremonja tal-premjazzjoni f’Marzu 2019.
Apparti mill-premju ewlieni, imprendituri żgħażagħ li qed jaħdmu b’impenn qawwi biex jagħmlu suċċess jistgħu japplikaw għall-Premju EY Rising Star. Dan l-premju se jkun ippreżentat lil dik il-persuna nominata li qed tmexxi negozju bi tkabbir qawwi u li qed tiġġenera linja innovattiv.
Ir-rebbieħ nazzjonali se jippreżenta lil Malta iktar tard fl-2019 f’Monaco fejn jikkompeti għall-premju prestiġjuż ta’ EY World Entrepreneur of the Year™ Award. Dan l-avveniment ilaqqa’ r-rebbieħa nazzjonali minn aktar minn 50 pajjiż, magħżula minn grupp ta’ aktar minn 5,000 nominazzjoni. Ir-rebbieħ tal-EY Rising Star se jattendi ukoll l-avveniment f’Monaco, fejn se jkollu l-opportunità ta’ netwerking ma’ uħud mill-aqwa imprendituri minn madwar id-dinja.
L-EY Entrepreneur of the Year ™ Award kienet inbdiet fl-1986 fl-Istati Uniti u nfirxet f’madwar 165 belt f’iktar minn 50 pajjiż. Għall-imprendituri, dan il-premju fil-qasam tal-kummerċ hu l-ikbar u l-aktar wieħed prestiġjuż fid-dinja, u l-uniku wieħed b’dimensjoni tassew globali.
Il-lista ta’ imprendituri li rebħu l-Entrepreneur of the Year™ tinkludi uħud mill-aktar imprendituri influwenti, innovattivi u esklussivi fid-dinja bħalma huma. Fost oħrajn hemm il-fundatur ta’ Cirque de Soleil Guy Laliberté, il-fundaturi ta’ Amazon Jeff Bezos u Reid Hoffman, Eddie Jordan tal-Formula One, Sergey Brin u Larry Page ta’ Google u Howard Schultz ta’ Starbucks.
Biex ikunu eliġibbli għall-kompetizzjoni, il-persuni nominati għandhom ikunu jew Maltin jew ilhom joperaw kumpanija bbażata f’Malta għal mill-inqas sentejn. Kull min ikun, inklużi impjegati, konsulenti ta’ kumpaniji u finanzjaturi jistgħu jinnominaw imprenditur, dejjem bil-kunsens tal-istess imprenditur. L-imprendituri jistgħu jinnominaw lilhom nfushom stess.