Dawk li għandhom 60 sena jew aktar bdew jirċievu l-invit biex huma wkoll jitlaqqmu kontra l-COVID-19.
Fi stqarrija l-Minsiteru għas-Saħħa spejga wkoll li l-inviti għal dawn il-persuni se jkomplu jitqassmu fil-jiem li ġejjin, inkluż għal dawk il-persuni li għandhom bejn il-71 u l-74 sena.
Madwar il-Gżejjer Maltin hawn 40 ċentru fejn wieħed jista’ jitlaqqam kontra l-COVID-19, fosthom numru ta’ bereġ fil-komunità, l-Isptar Mater Dei, l-Università ta’ Malta, u l-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Luqa.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-vaċċin hu l-aqwa għodda li għandna biex niġġieldu il-COVID-19, u flimkien mal-osservazzjoni tal-miżuri, se jkun fundamentali biex jonqsu l-każijiet attivi f’pajjiżna.