Jibdew jinġabru n-nies għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ ‘Oh My Malta’. Idea tal-vlogger internazzjonali Nas Daily li kellu xewqa li jiġbor 1% tal-popolazzjoni Maltija f’post wieħed sabiex jippromovi l-messaġġ li kien fuq fomm in-nies dan l-aħħar jiem, “Oh My Malta”.
In-nies bi ħġarhom qegħdin jinġemaw fi Pjazza Tritoni sabiex jissaħħru bl-ispettaklu li ser jittella’ f’kollaborazzjoni mal-Awtoritá Maltija għat-turiżmu.