Meta Dean u Tracy Tweedu bdew ifittxu biex jixtru petting zoo żgħir f’Kent, żgur ma stennewx li se jkunu qed jixtru żoo li jintuża f’Wales – komplut bl-iljuni, xadini u kif ukoll leopardi.
B’idea ġenjali li jinkorporaw t-terapija bl-annimali flimkien mal-karriera ta’ Tracy bħala psikoterapista, il-koppja sabu li f’ċertu nħawi kien jiswa wisq flus, u kien għalekk li bdew ifittxu ftit aktar ‘il bogħod.
F’kumment mal-midja barranija, Dean qal li kienu jiffosterjaw it-tfal meta kienu jgħixu Kent u raw kif kienu jirrispondu meta kienu jqattgħu ftit ħin mal-annimali tagħhom.
Li jibdew jgħixu f’Milton Regis minn Kent ma kinitx xi ħaġa faċli għall-familja li tħobb ħafna l-annimali – tant li għandhom madwar 40 pet – iżda fir-residenza l-ġdida tagħhom sabu dinja oħra ta’ annimali li jistgħu jieħdu ħsieb.
Iż-żoo li jiswa £625,000 għandu aktar minn 300 annimal, li fosthom jinkludu l-iljuni, xadini, meerkats, leopardi, kukkudrilli, frieken u bosta aktar.
Żgur mhux forsi li t-tlett itfal tagħhom, Sophie, Paige u Sarah se jkollhom fiex jedhew tul il-vaganzi tas-Sajf.