Wara li ntemmet il-votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali fil-jum tas-Sibt fl-għaxra ta’ filgħaxija, bdew jaslu l-kaxxi tal-voti mill-iskejjel fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex lejn is-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.
Dan hekk kif l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali li kienu fl-iskejjel tul il-ġurnata tas-Sibt bdew iġibu l-kaxxi bil-voti. Dan filwaqt li fis-Sala tal-Għadd tal-Voti bdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti fl-elezzjonijiet bikrija li saru fl-1, fit-3 u fil-5 ta’ Ġunju.



AQRA WKOLL: