Is-sena d-dieħla ser jiġu introdotti l-ewwel pontijiet pedonali mibnija b’rampi apposta biex jintużaw apposta miċ-ċiklisti.
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar ukoll li ser jiżdiedu l-korsiji għar-roti fi proġetti infrastrutturali fosthom fis-Central Link u fi Vjal Santa Luċija.
Dan għaliex il-Gvern qiegħed jaħdem biex joħloq spazji aktar siguri għal persuni li jivjaġġaw b’mezzi alternattivi u aktar sostenibbli.
Diġa’ bdew ix-xogħolijiet fuq l-ewwel żewġ pontijiet fi Blata l-Bajda u l-Gudja. L-entità Infrastruttura Malta ser tkun qed tibni pont ieħor ħdejn l-MCAST biex jgħaqqad l-inħawi ta’ Kordin u Raħal Ġdid.