Bdew ix-xogħlijiet ta’ installazjoni fil-grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta Qali. Dan il-proġett infrastrutturali se jsir b’investiment ta’ €400,000 u fi kliem l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol, l-MFA, huwa proġett bżonnjuż ħafna li se jkun qed jara li dawn il-grawnd isir b’mod professjonali li jilħaq l-istandards tal-FIFA.
Il-proġett qed jitmexxa mid-Direttur tal-MFA għall-iżvilupp tan-negozju, Emanuel Cassar. Il-ħidma bdiet it-Tnejn biex jitneħħa r-rubber mill-pitch eżistenti tal-grawnd taċ-Ċentinarju. Ix-xogħol jinkludi ukoll l-installazzjoni ta’ bankini ġodda għad-diriġenti, kowċis u riservi tat-tim u x-xogħol mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju, b’hekk kollox ikun lest sal-istaġun li jmiss.
Staġun li fih il-grawnd taċ-Ċentinarju se jintuża mhux biss għal partit lokali iżda anke logħob tal-FIFA u tal-UEFA ladarba jingħata ċ-ċertifikat mill-FIFA.