Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) ħabbar ir-ritorn tiegħu f’Marzamemi hekk kif qed jipprepara għall-International Yacht Paint Marzamemi Weekend li hu avveniment tant mistenni skedat għall-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Mejju.
Marzamemi, li huwa wieħed mill-aktar postijiet ġewwa Sqallija mill-membri tal-Clubb, ilu għal żmien twil assoċjat ma’ tmiem il-ġimgħa ta’ soċjalizzazzjoni, cruising, tlielaq, u divertiment.
Skedat li jsir bejn it-3 ta’ Mejju sal-5 ta’ Mejju, l-International Yacht Paint Marzamemi Weekend se jikkonsisti f’żewġ tiġrijiet – waħda lejn Marzamemi il-Ġimgħa filgħodu u oħra lura lejn Malta l-Ħadd filgħodu. Avvenimenti tal-passat urew li din il-korsa hija waħda ta’ sfida iżda toffri opportunita lill-baħħara sabiex juru l-ħila u l-istrateġija tagħhom fl-ibħra barra mil-kosta.
Madankollu, dan l-avvinment mhux biss tiffoka fuq kompetizzjoni u tlielaq, iżda l-klabb mistenni jilqa’ flotta ta’ cruisers, li huma dgħajjes li mhux neċessarjament jkunu iffokati fuq tlielaq kompetittivi iżda xorta jridu jgawdu l-esperjenza ma’ dilettanti oħra tal-ibburdjar.
“Qedin nistennew bil-ħerqa li nerġgħu lura Marzamemi għall-International Yacht Paint Marzamemi Regatta,” qal Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing), RMYC . “Dan l-avveniment mhuwiex biss dwar kompetizzjoni u tlielaq iżda li niċċelebraw il-passjoni tal-ibburdjar fejn nrawwmu sens ta’ komunità fost il-baħħara fil-komunita’ tagħna. Nistennew bil-ħerqa li nilqgħu lill-parteċipanti għal dak li jwiegħed li jkun weekend speċjali.”
Din is-sena l-Clulb kiseb l-appoġġ tal-International Yacht Paints, li ilha rappreżentata f’Malta, mill-1996 mill-Mac Med Group. Andrew Magri Overend, il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp irrimarka li “Aħna entużjasti ħafna li International Paints se terġa’ tappoġġja tellieqa tal-jottijiet lokali permezz tat-tiġdid tas-sħubija tagħna mar-Royal Malta Yacht Club. Din il-kollaborazzjoni tenfasizza l-impenn tagħna għall-eċċellenza fil-kura tad-dgħajjes u tiċċelebra l-ispirtu tal-ibburdjar, filwaqt li turi d-dedikazzjoni tagħna biex nappoġġaw il-passjoni u l-ħila tal-komunità tal-baħħara.”
Ir-Royal Malta Yacht Club ħabbar programm soċjali interessanti għal dawk li qed jieħdu sehem fir-Regatta.
Aktar informazzjoni tinsabu fuq is-sit elettroniku – https://rmyc.org/races/2024-international-yacht-paint-marzamemi-weekend/