Fi stqarrija l-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, qalu kif illum bdew id-diskussjonijiet dwar il-ftehim settorjali l-ġdid, li jinkludi l-LSEs, KGEs, għalliema, HODs, Assistenti Kapijiet, EOs u Kapijiet tal-Iskola flimkien ma’ numru ta’ gradi oħra.
Waqt id-diskussjonijiet, li mistennija jkomplu fuq bażi regolari fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, kien hemm preżenti uffiċċjali mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, immexxija mis-Segretarju Permanenti Matthew Vella, l-MUT, immexxija mill-President Marco Bonnici, u uffiċċjali tal-Industrial Relations Unit immexxija mis-Sur Thomas Woods u s-Sur Mario Grixti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI