Illum bdew il-laqgħat ta’ konsultazzjoni pubbliċi għall-baġit tas-sena d-dieħla bit-tema ‘Fostering a Quality Culture’.
Hekk kif bħalissa f’Għawdex il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna qed jisma s-suġġerimenti tal-Għawdxin għal Baġit.
Fil-laqgħa li bdiet propju ftit tal-minuti ilhu l-Ministru Scicluna qal kif ma nistawx ninsew li qegħdin fil-Komunita’ Ewropeja u għalhekk wieħed ukoll irrid iħares lejn il-pajjżi ewropej l-oħra.
Il-Ministru qal kif dan il-baġit flimkien ma dawk li ġejjin se jassiguraw li dak li bnejna fl-aħħar snin insostnuh. Huwa ddeskirva dan il-baġit; bħala li issa familja li daħlet f’fażi ġdida wara li lestiet l-ewwel snin bikrin tagħha.
Sostna kif il-Poplu Malti u Għawdxi diġa għandu ċerta affarijiet essenzjali, u issa dawn l-affarijiet essenzjali jridu jitjiebu fil-kwalita’ tagħhom. Qal kif ‘Inkatru kultura ta’ kwalita’ f’kollox inkluż impjiegi, infrastruttura u servizzi bħal dawk tas-saħħa.
Il-Ministru għal Finanzi qal kif fost il-prijoritajiet tal-baġit hemm l-Ambjent li llum kulħadd jirrikonixxi l-importanza tiegħu, fosthom l-immaniġjar tal-iskart. Scicluna spjega kif il-baġits li qed irresaq dan il-gvern f’din il-leġislatura huma parti minn pjan ħolistiku tal-Gvern fuq meda ta’ ħames snin.
Dwar il-Pensjonijiet huwa qal kif wieħed irrid isseraħ moħħu li minn jirċievi Pensjoni Minima jgħix ħajja diċenti, fakkar kif wieħed irrid ifakkar li dan il-Gvern għola c-‘ceiling’ tat-taxxa fuq il-pensjonijiet.
Rigward Għawdex il-Ministru qal kif l-ambjent f’Għawdex hu wieħed ferm aħjar minn Malta u għalhekk din il-gżira għanda bżonn issostnih.
Il-Ministru Scicluna qal kif il-ħaddiema barranin li qed jiġu f’pajjiżna huma mportanti ferm sabiex inkomplu nkattru it-tkabbir ekonomiku, minħabba l-impjiegi.
Dwar it-traġit tal-ħaddiema bejn Malta u Għawdex, il-Gvern qed jieħu bis-serjeta’ diversi proposti u ma eskludiex kif jista’ jkun hemm proposta fil-baġit li ġej.
F’dan il-baġit il-Gvern qed iżomm f’moħħu lill-Għawdex bħala importanti ferm għal Malta, u għalhekk il-Gvern qed jara li xi kumpaniji tal-FINTECH settur ġdid li ħoloq dan il-gvern, jibdew joperaw minn Għawdex. Spjega kif il-viżjoni tal-Gvern hi li jagħmel qasam jew żona għas-servizzi f’Għawdex.
Min-naħa tagħha l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet kif l-Għawdxin qed jaqtaw il-frott ta’ għaxra fil-mija iżjed allokazzjoni fl-aħħar baġit,tant li fl-aħħar sena kien hemm rekords fit-turiżmu, impjiegi u proġetti.
Il-Laqgħa li jmiss għal pubbliku jsir nhar l-Erbgħa 26 ta’ Settembru f’Malta.