Fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Berġa ta’ Kastilja, bħalissa għaddejjin il-laqgħat bejn il-mexxejja tad-disa’ pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea.
Preżenti għal din l-ewwel sessjoni tal-laqgħat hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.
Nifmhu li f’din l-ewwel sessjoni tal-laqgħat f’Kastilja, il-mexxejja qed jiddiskutu l-isfida tal-migrazzjoni.
Wara din l-ewwel laqgħa, il-mexxejja se jinżlu fi Pjazza Kastilja sabiex jieħdu ritratt flimkien imsejjaħ bħala ‘family photo’.
Ftit qabel, il-mexxejja Ewropej intlaqgħu mill-Prim Ministru Malti Robert Abela fi Pjazza Kastilja.