Illum Malta qed tfakkar is-57 sena mindu kisbet l-Indipendenza mill-Ingliżi.
Iċ-ċelebrazzjonijiet għal dan il-jum bdew fid-disa’ ta’ filgħodu bil-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati dehru f’Misraħ San Ġwann, fejn hemmek laqgħu lill-President ta’ Malta George Vella u lill-Prim Ministru Robert Abela fost mistednin distinti oħra.
Issegwi mbagħad Quddiesa Pontifikali bil-kant tat-Te Deum.
Eżatt wara tibda ċ-ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument tal-Indipendenza fil-Furjana.