Bejn illum u l-Ħadd pajjiżna qed jilqa’ l-Kampjonati tal-Commonwealth tal-Judo, kampjonati li qed isiru fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke. Dan l-avveniment se jkollu parteċipazzjoni ta’ madwar 200 judoka minn 12 -il pajjiż differenti: Awstralja, Kanada, Ingilterra, Indja, Isle of Man, Jamaica, Jersey, Ireland ta’ Fuq, Skozja, Afrika t’Isfel, Wales u Malta. It-team malti se jkun kompost minn 27 judoka.
Il-kampjonati fetħu bil-kategorija tal-Veterani u Ne Waza. Fil-kompetizzjoni Ne Waza l-judoka malti Keith Darmanin rebaħ l-ewwel midalja tad-deheb għal Malta f’dan il-logħob fil-kategorija tas-66kg.
Għada s-Sibt se jsiru l-kompetizzjonijiet tal-cadets u l-pre-cadets filwaqt li l-Ħadd isiru l-kompetizzjonijiet tal-Juniors u s-Seniors.