Dalgħodu se jibda x-xogħol tal-asfalt fit-triq prinċipali ta’ Santa Venera. Il-Ministru responsabbli mit-Trasport u l-Infrastruttura, Aaron Farrugia qal li bħalissa qed isiru l-aħħar preparazzjonijiet sabiex minn dalgħodu jibda x-xogħol tal-asfalt fil-parti ta’ fuq ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera.
Din hija triq ewlenija kbira li tara influss ta’ vetturi kuljum, u li fiha ammont sostanzjali ta’ kummerċ kif ukoll residenzi.
Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-ħaddiema u r-residenti tal-kooperazzjoni tagħhom.