Beda x-xogħol għat-tqegħid tal-monument tal-Perit Duminku Mintoff li se jkun qed isir fi Pjazza Kastilja.
L-artist li għamel il-monument hu Noel Galea Bason. Hu ntgħażel bħala rebbieħ wara sejħa għad-disin tal-monument.
Il-monument, li hu bronż, inħadem f’Ruma fejn Galea Bason huwa l-istess skultur li għamel il-monument tal-Perit Mintoff li jinsab f’Bormla.