Beda x-xogħol ta’ bini fuq il-pont pedonali ġdid li se jkun qed jaqsam minn fuq Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa.
L-Inġinier Robert Schembri minn Infrastruttura Malta spjega li bħalissa l-kuntratturi bdew ix-xogħol fuq il-pedamenti, u ġaladarba jitlestew dawn ix-xogħlijiet mistennija jibdew jaħdmu fuq il-ġnub tal-pont, fejn se jkun hemm ir-rampi u l-lift.
Dan il-pont se jtejjeb l-aċċessibilta fiż-żona għal mijiet ta’ studenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi li ta’ kuljum jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.
Dan mhux l-unika pont pedonali li l-aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta qed taħdem fuqu. Filfatt bħalissa fiż-żona tal-eks ship building fil-Marsa qed jinħadem il-pont tal-ħadid li se jkun qed jiġi installat fil-junction tal-Blata l-Bajda.
Se jkun qed jinħadem ukoll pont fi Triq Dom Mintoff li se jkun qed jiffaċilità l-aċċessibilta bejn il-kampus tal-MCAST u ż-żoni ta’ Kordin u Raħal Ġdid