B’kitba fuq Facebook, voluntiera tal-festa ta’ San Publiju fil-Furjana qalu li ġie ordnat l-ark il-ġdid. L-ark li kien jintuża għall-festa ta’ San Publiju kien tqabbad fl-aħħar ta’ April li għadda.
L-Ark il-ġdid, kif qed ikun imsejjaħ mill-Furjaniżi qed jerġa jinbena eżattament l-istess bħal dak li kien qabel, fuq id-disinn orġinali ta’ Giorgio Cassar.
Il-Gvern, permezz tal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna f’Mejju li għadda ħabbar li ser tingħata donazzjoni mill-Fond tal-Kawżi Ġusti.
Dan l-ark kien intuża għall-ewwel darba fil-festa tal-1899.