Illum beda l-bini mill-ġdid tat-triq magħrufa bħala taċ-Ċawsli li tgħaqqad in-Nofsinhar ta’ Malta mal-Kottonera.
Il-Ministru Ian Borg fakkar fuq post fuq Facebook li dan il-proġett ta’ €4 miljun qed jitmexxa minn Infrastructure Malta, l-istess aġenzija li se twettaq il-pjan tal-Gvern biex fis-snin li ġejjin issir qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità tat-toroq Maltin u Għawdxin, b’investiment li jiżboq is-€700 miljun.
It-Triq taċ-Ċawsli nbniet fis-snin tmenin u wara żmien twil bla ebda manutenzjoni, tħalliet fi stat ħażin ħafna, b’periklu għal dawk kollha li jużawha ta’ kuljum.