B’investiment ta’ €32 miljun ser jinbena ċ-Ċentru REACH fin-Naxxar immirat għal persuni b’diżabilità u qraba tagħhom.
Dan iċ-ċentru ta’ eċċellenza ser jofri firxa wiesgħa ta’ servizzi fosthom dawk ta’ rijabilitazzjoni, faċilitajiet bħal użu ta’ pixxina u anke taħriġ immirat sabiex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar u aktar indipendenti lil dawn in-nies.
Dan il-proġett li ser jikkonsisti f’erba’ binjiet ser ikun qed joffri servizzi varji fosthom ta’ akkomodazzjoni f’hostel, servizzi ta’ respite fost l-oħrajn. B’reazzjoni, is-Segretarji Parlamentari Anthony Agius Decelis u Aaron Farrugia fissru l-proġett Reach bħala wieħed ambizzjuż fejn fih dawn in-nies u l-qraba tagħhom ser igawdu minn one stop shop b’firxa ta’ servizzi varji.