F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Chris Cardona ħabbar li inagħta bidu għax-xgħolijiet fil- Crafts Village f’Ta’ Qali. Cardona qal li dan il-proġett se jkun qed jiswa mal-14-il miljun Ewro b’għaxar miljuni minnhom ġejjin mil-Unjoni Ewropea u erbgħa oħra ġejjin mis-settur privat.
Barra minn hekk, permezz tal-Malta Enterprise inħolqu skemi sabiex l-operaturi jiġu inċentivati biex jidħlu għal investiment b’tali mod li l-istess investiment jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra. Cardona stqarr li n-negozji tal-familja huma indispensabbli għal Malta u jipprovdu stabbilità dejjiema.
Fejn qabel, ma kellhom l-ebda dritt legali fuq il-propjeta, tul dawn l-aħħar xhur l-operaturi ta’ ħwienet fil-Crafts Village ingħataw kuntratt li jagħtihom it-titlu ta’ ċens għal ħamsa u sittin sena fuq il-postijiet minn fejn jaħdmu.
Flimkien mal-investiment personali tal-operaturi, il- Malta Industrial Parks ser ikunu responsabbli li jagħmlu x-xogħol infrastutturali f’dan il-villaġġ, . Dan il-proġett ser jitlesta sat-tmiem tas-sena 2018.
Il-Crafts Village ser jgħaddi minn riġenerazzjoni totali. Ser isiru toroq ġodda, dwal, parking area, jitkabbru l-ispazji pubbliċi u se tinħoloq żona fejn il-familji jkunu jistgħu jieħdu lil uliedhom sabiex jitgħallmu filwaqt li jqattgħu ġurnata flimkien f’post li bħalissa żgur ma jħajjarhomx.
Cardona qal ukoll li dan il-proġett mhux biss se jirriġenera l-villaġġ, imma se jitrasformaħ f’ċentru ta’ eċċellenza għall-artiġjanat Malti u se jservu bħala vetrina għax-xogħol tradizzjonali Malti.
Huwa mistenni wkoll li jżied in-numru ta’ viżitaturi, jiġġenera aktar kummerċ u għaldaqstant tiġi żgurata s-sostenibbiltà mhux biss ta’ dan iċ-ċentru, imma tal-artiġjanat Malti.