Beda x-xogħol sabiex il-vetturi li jintużaw għas-Servizz Pubbliku jinqalbu sabiex jibdew jaħdmu bl-elettriku.
Fil-fatt illum ħarġet sejħa pubblika sabiex isir studju dettaljat ta’ dawn il-vetturi tas-Servizz Pubbliku.
Fl-istudju ħa jkun analizzat ukoll liema hija l-aħjar infrastruttura sabiex dawn il-vetturi elettriċi jaħdmu bl-iżjed mod effiċjenti kif ukoll l-aħjar sistema teknoloġika sabiex din is-sistema ġdida tkun sostennibbli.
Huwa magħruf li fuq bażi nazzjonali bħalissa hemm biss 1% ta’ dawn it-tip ta’ vetturi fit-toroq li jaħdmu bl-elettriku.
Minn studji oħra nstab li 60% tal-vetturi jaħdmu bil-petrol u 39% jaħdmu bid-diesel u għalhekk konxju minn din l-istatistika, is-Servizz Pubbliku ħa jara li permezz ta’ dawk il-vetturi li jaħdmu bl-elettriku, dawn ħa jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-emmissjonijiet.
Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Mario Cutajar, saħaq li dan huwa pass ieħor ‘l quddiem sabiex is-servizz pubbliku jkun iżjed effiċjenti, effettiv u rilevanti.