Issa li ħareġ l-album tal-istickers tal-Panini tat-Tazza tad-Dinja, fanatiċi li jagħqduhom diġà bdew jinġabru quddiem Anastasi biex bħal ma’ jiġri dejjem, dak li jkun jipprova jgħaqqad l-album kollu u jpartat dawk l-istickers iddupplikati li jkollu ma’ oħrajn li ma għandux. Dan hu post li ma jħarisx lejn l-età hekk kif quddiemu jingħaqdu kemm tfal u kif ukoll adulti u bejniethom jinnegozjaw dwar l-istickers.
Żgur mhux forsi li mhux se jkun l-ewwel darba li wieħed se jkun qed jiltaqa’ ma’ din ix-xena, hekk kif sakemm tibda t-Tazza tad-Dinja tikber aktar it-tensjoni biex ilestu l-kollezzjoni kollha.