Ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni bħalissa għaddejjin b’ħidma biex inaddfu t-toroq u l-ħsarat ikkawżati mill-maltemp.
Minkejja r-riħ u x-xita, bħalissa qed jitneħħew is-siġar, ġebel li tkaxkar għan-nofs ta’ triq fost oħrajn.
Kienu bosta li kkummentaw taħt messaġġ li ttella’ mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fejn faħħru l-ħidma ta’ dawn il-ħidma u kif minkejja l-elementi xorta waħda ħarġu jagħmlu ħidmithom.