Il-Ġnus Magħquda qalet li kien suċċess l-ewwel jum ta’ tilqim biex tippreveni l-marda tal-polio f’Gaza.
Dan it-tilqim qed jingħata hekk kif bħalissa għaddej tlett ijiem ta’ waqfien mill-ġlied fil-Lvant Nofsani, bil-għan li jitlaqqmu t-tfal għal din il-marda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kien f’nofs ix-xahar li għadda, meta feġġ każ ta’ polio, wara 25 sena u din il-marda bdiet tinxtered malajr.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed timmira li f’dawn it-tlett ijiem, jitlaqqmu 90% tat-tfal f’Gaza.