Illum, mhux l-istudenti biss bdew esperjenza ġdida iżda anke 68 rekluta ġodda li bdew l-ewwel ġurnata ta’ taħriġ tagħhom, biex fi ftit xhur oħra isiru uffiċjalment suldati mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Dan il-jum beda billi r-rekluti ħadu l-ġurament, wara li fehmu u qablu mal-kundizzjonijiet tal-ingaġġ. Iżda din il-ġurnata żgur li ma spiċċatx hawnhekk, hekk kif l-ewwel tlett ijiem ta’ taħriġ se jkunu ikkaraterizzati minn taħriġ bażiku.