Illum mistenni jibda l-proċess tat-tieni impeachment tal-eks President Amerikan Donald Trump, li qed ikun akkużat li instiga l-vjolenza f’diskors li għamel lill-partitarji tiegħu biex ma jaċċettawx it-telfa elettorali.
Wara r-rally tas-sitta ta’ Jannar kien hemm protesti u rvellijiet fil-Kungress Amerikan fejn il-partitarji ta’ Trump daħlu bil-forza u mietu ħames persuni fil-Capitol.
Id-Demokratiċi qed jgħidu li għandhom evidenza kbira tal-ħtija tiegħu, filwaqt li t-tim tad-difiża tat-Trump iddikjaraw li l-irvellijiet saru b’mod indipendenti.
Donald Trump huwa l-unika President Amerikan fl-istorja li ġie impeached darbtejn.