23:15 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ġie elett Sindku Malcolm Galea.
FILMAT: Il-Partit Laburista b’maġġoranza f’Ħaż-Żebbuġ – Elett Sindku Dr. Malcolm Paul Galea
Il-Partit Laburista kiseb maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ġie elett Dr. Malcolm Paul Galea bħala Sindku tal-lokalità. F’kumment ma’ ONE News, Dr. Galea qal li jinsab grat immens għal kull min ivotalu u se jkun qed jaħdem għall-aħjar tal-lokalità flimkien ma’ sħabu li ġew eletti fil-Kunsill Lokali.
23:14 – Il-Partit Laburista għal darb’oħra kiseb il-maġġoranza fil-lokalità taż-Żejtun.
Għal din il-lokalità ġiet eletta Sindku Doris Abela filwaqt li bħala Viċi-Sindku ġiet eletta Joan Agius.
Il-Partit Laburista b’maġġoranza fiż-Żejtun
Il-Partit Laburista għal darb’oħra kiseb il-maġġoranza fil-lokalità taż-Żejtun. Għal din il-lokalità ġiet eletta Sindku Doris Abela filwaqt li bħala Viċi-Sindku ġiet eletta Joan Agius. F’isem il-Partit Laburista ġew eletti Doris Abela, Joan Agius, Stephania Fenech, Gesmond Baldacchino, Raymond Caruana, Dorcas Camilleri u Sean Chircop. filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti Amanda Abela u Roderick Caruana.
Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tan-Nadur b’tliet kandidati eletti filwaqt li l-PL tella’ żewġ kandidati.
22:51 – Fil-lokalità ta’ Birżebbuġa, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza.
Il-Partit Laburista b’maġġoranza f’Birżebbuġa
Fil-lokalità ta’ Birżebbuġa, il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fejn bħala Sindku ġie elett Joseph Farrugia. Dan hekk kif f’isem il-PL ġew eletti sitt kunsilliera filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti żewġ kunsilliera. Għall-PL telgħu Josette Busuttil, Scott Camilleri, Alexander Sandro Caruana, Joseph Farrugia, Maria Mifsud u Carlo Stivala filwaqt li f’isem il-PN ġew eletti Doriana Portelli u Stanley Zammit.
Il-Partit Laburista kiseb maġġoranza fil-lokalità f’Ħal Tarxien.
Il-PL b’maġġoranza f’Ħal Tarxien
Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien fejn ġie elett Sindku Joseph Abela. Il-PL tella’ ħames kunsilliera b’Abela Sindku, Thomas Debattista, Christian Pace u Darlene Zammit Bella filwaqt li għall-PN ġew eletti Ismael Dalli u Annabelle Marmara.
Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ San Ġiljan.
Fil-lokalità taż-Żurrieq, il-PL kiseb il-maġġoranza fejn ġiet eletta Sindku Rita Grima. Eletti f’isem il-PL nsibu seba’ kunsilliera Marisa D’Amato, Joseph D’Amato, Ignatius Farrugia, Kenneth Farrugia, Tiffany Farrugia, Rita Grima u Kaydem Schembri filwaqt li għall-PN ġie elett Kyle Mifsud.
Il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fiż-Żurrieq – eletta Rita Grima Sindku
Fil-lokalità taż-Żurrieq, il-PL żamm il-maġġoranza fejn ġiet eletta Sindku Rita Grima. Eletti f’isem il-PL nsibu seba’ kunsilliera Marisa D’Amato, Joseph D’Amato, Ignatius Farrugia, Kenneth Farrugia, Tiffany Farrugia, Rita Grima u Kaydem Schembri filwaqt li għall-PN ġie elett Kyle Mifsud.
Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza wkoll fil-lokalità tax-Xewkija fejn ġie elett Sindku Hubert Saliba. Għall-PL ġew eletti erba’ kunsilliera; Paul Azzopardi, Hubert Saliba, John Vella u Domenic Zerafa filwaqt li f’isem il-PN ġiet eletta Jeanelle Attard.
Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Għajnsielem fejn f’isem il-PN ġew eletti erba’ kunsilliera u f’isem il-PL ġie elett kunsillier wieħed.
22:30 – Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza fil-lokalità ta’ Santa Venera fejn ġie elett Sindku Stephen Sultana.
Stephen Sultana elett Sindku ta’ Santa Venera
Il-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza tal-lokalità ta’ Santa Venera. Għal din il-lokalità ġie elett Sindku Stephen Sultana. Waqt l-ewwel reazzjoni, Sultana qal li jinsab kuntent li għat-tielet darba se jkun is-Sindku ta’ din il-lokalità u se jkun qed jaħdem flimkien mal-kumplament tal-kunsilliera fl-interess tal-lokalità ta’ Santa Venera.
22:10 – Il-Partit Laburista rebaħ lura l-maġġoranza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
FILMAT: Il-PL jirbaħ lura l-maġġoranza f’San Pawl il-Baħar
Il-Partit Laburista reġa’ kiseb lura l-maġġoranza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar b’Sindku Laburista. Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, irringrazzja lill-poplu ta’ San Pawl il-Baħar talli ta l-fiduċja lill-Partit Laburista b’maġġoranza. Is-Sindku elett ta’ San Pawl il-Baħar, Alfred Grima qal li hu eċitat u jinsab grat għal kull min ivvotalu.
Filmat: Il-PL jeleġġi l-iżgħar kunsillier ta’ 17-il sena f’San Pawl il-Baħar
Il-Partit Laburista rnexxielu jeleġġi l-iżgħar kunsillier fl-istorja tal-kunsilli lokali f’Malta. Fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tas-Sibt li għadda, Carlos Zarb li għad għandu biss 17-il sena ġie elett fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li wara ħames snin bi tmexxija Nazzjonalista, reġa’ ntrebaħ mill-Partit Laburista.
Il-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalità tal-Iklin fejn ġie elett Sindku Dorian Sciberras. Għall-PN ġew eletti tliet kunsilliera filwaqt li għall-PL ġew eletti żewġ kunsilliera.
21:40 – Fil-lokalità tal-Mellieħa l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza.
Filmat: il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fil-Mellieħa
Il-Partit Laburista rnexxielu jżomm il-maġġoranza fil-lokalità tal-Mellieħa fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda. Din il-lokalità fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta se jkollha sindku ġdid u żagħżugħ fil-ħames snin li ġejjin wara li Dario Vella rnexxielu jikseb il-fiduċja tal-maġġoranza tar-residenti Melleħin.
21: 30 – Il-Partit Laburista żied il-maġġoranza fil-lokalità tal-Qrendi dan hekk kif ġew eletti erba’ kandidati tal-Partit Laburista minn ħamsa.
FILMAT: Il-Partit Laburista fil-Qrendi jżid il-maġġoranza
Fil-lokalità tal-Qrendi, il-Partit Laburista żied il-maġġoranza. Dan hekk kif il-PL tella’ erba’ kunsilliera minn ħamsa, b’kandidat wieħed għall-Partit Nazzjonalista. Is-Sindku għal din il-lokalità huwa David Michael Schembri fejn flimkien ma’ Patrick Bugeja, Marion Parnis u Camel Zerafa huma ġew eletti għall-Partit Laburista. F’isem għall-Partit Nazzjonalsita ġie elett Daniel Farrugia.
Il-lokalita tal-Marsa l-Partit Laburista ksieb il-maġġoranza u żied siġġu ieħor.
Il-PL jirbaħ il-maġġoranza fil-Marsa u jżid siġġu ieħor
Il-Partit Laburista fil-Marsa mhux biss reġa’ rebaħ il-maġġoranza f’din il-lokalità iżda kompla jkabbarha tant li żied siġġu ieħor fil-kunsill tal-Marsa. Fil-fatt il-kunsill il-ġdid se jkun magħmul minn sitt kunsillieri tal-Partit Laburista u wieħed għall-Partit Nazzjonalista. Dan il-Kunsill se jkollu wkoll sindku ġdid wara li Josef Azzopardi kiseb l-akbar ammont ta’ voti fl-ewwel għadd.
20:45 – Il-Partit Laburista jikkonferma l-maġġoranza fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex fejn Max Zammit ġie elett bħala Sindku. F’din il-lokalità l-Partit Laburista kważi rdoppja l-voti.
FILMAT: Il-Partit Laburista jżid kważi bid-doppju l-voti f’Ta Xbiex – elett Max Zammit bħala Sindku
Ġie kkonfermat Sindku Max Zammit għal-lokalità ta’ Ta’ Xbiex. B’kollox ġew eletti ħames kunsilliera, tlieta f’isem il-Partit Laburista u tnejn f’isem il-Partit Nazzjonalista. Għall-Partit Laburista nsibu lil Max Zammit, Rosario Portelli u Oriana Calleja filwaqt li għall-Partit Nazzjonalista ġew eletti Louise Cachia Castelletti u Eugenio Muscat.
20:40 – Il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fl-Imqabba u f’Ħad-Dingli.
Filmat: Il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza fl-Imqabba
Għall-ħames snin li ġejjin, il-Partit Laburista se jkun fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba wara li reġa’ kiseb il-maġġoranza fl-elezzjonijiet tas-Sibt li għadda. F’din il-lokalità, il-Partit Laburista se jkollu wkoll sindku ġdid wara li s-Sur Omar Farrugia kiseb l-akbar għadd ta’ voti f’din il-lokalità.
Filmat: Il-PL b’Sindku Laburista ġdid f’Ħad-Dingli
Il-Partit Laburista kkonferma wkoll il-maġġoranza fil-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli. F’din il-lokalità kwieta, Raymond Schembri se jkun qiegħed jokkupa l-kariga ta’ Sindku wara li kiseb l-akbar ammont ta’ voti mixħuta s-Sibt li għadda mir-residenti Dinglin. F’kummenti ma’ ONE NEWS is-Sur Schembri wiegħed li se jaħdem flimkien ma’ sħabu l-kunsillieri biex ikompli bil-ħidma siewja li twettqet fis-snin li għaddew.
Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza fil-Fontana fejn il-PN tella’ tliet kunsilliera bil-PL itella’ żewġ kunsilliera.
20:15 – Il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza fil-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta mindu twaqqfu l-kunsilli Lokali ħamsa u għoxrin sena ilu.
B’reazzjoni, fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab tassew kburi li għall-ewwel darba fl-istorja, il-kunsill tal-belt kapitali Valletta se jkun immexxi minn maġġoranza Laburista.
Il-Partit Laburista jirbaħ għall-ewwel darba l-Belt Valletta
Il-Partit Laburista rebaħ għall-ewwel darba l-maġġoranza fil-Kunsill Lokal tal-Belt Valletta mindu twaqqfu l-kunsilli Lokali ħamsa u għoxrin sena ilu. B’reazzjoni, fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab tassew kburi li għall-ewwel darba fl-istorja, il-kunsill tal-belt kapitali Valletta se jkun immexxi minn maġġoranza Laburista.
Alfred Zammit elett bħala l-ewwel Sindku Laburista tal-Belt Valletta
Alfred Zammit ġie elett bħala l-ewwel sindku Laburista tal-Belt Valletta waqt li s-Sur Raymond Azzopardi se jkun il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Belt. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għar-riżultat, is-Sindku elett tal-belt Valletta fisser ir-riżultat bħala wieħed storiku. Qal li se jaħdem għall-Beltin kollha huma min huma għax qal li “għalina l-belt Valletta tiġi l-ewwel.
20:00 – Pembroke intrebaħ mill-Partit Laburista hekk kif żamm il-maġġoranza. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, is-Sindku preżenti Dean Hili, spjega kif din l-aħbar tqawwilu qalbu u kif jinsab kuntent u se jkun qed iħares ‘il quddiem għal aktar ħidma f’din il-lokalità.
Dean Hili kkonfermat Sindku ta’ Pembroke
Għal-lokalità ta’ Pembroke ġie kkonfermat Sindku Dean Hili fejn b’kollox ġew eletti ħames kunsilliera. Għall-Partit Laburista tela’ Hili bħala Sindku hekk kif kiseb 856 vot fejn f’isem il-PL ġew eletti wkoll Arab Omar Elaref u Lanzon Raymond filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista telgħu Desiree Vella Brincat u Charles Cesare.
19:35 – Il-proċess jidher li mexa sew u jinsab f’fażi avvanzata fejn ħafna mill-imwejjed raw il-poloz minn wara u minn quddiem.
Għal-lokalità ta’ Ħal Balzan, il-PN kiseb il-maġġoranza, fejn għall-Partit Laburista ġie elett kandidat wieħed.
19:00 – Ġew eletti l-ewwel kandidati għall-Għasri. Jidher li fl-Għasri l-Partit Nazzjonalista żamm il-maġġoranza, bil-kandidati eletti għall-Partit Laburista huma tnejn; Elizabeth Mintoff u Sammy Saliba. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 185 vot, jiġifieri 53.94%, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 158 vot, jiġifieri 46.06%.
Aktar qabel: Beda l-proċess tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar. Dan hekk kif illum jibdew jingħaddu l-voti ta’ 23 lokalità madwar il-gżejjer Maltin.
It-23 lokalità huma; Birżebbuġa, Għajnsielem, Ħad-Dingli, Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, il-Belt, il-Fontana, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Qrendi, in-Nadur, ix-Xewkija, iż-Żejtun, iż-Żurrieq, l-Għasri, l-Iklin, l-Imqabba, Pembroke, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Santa Venera u Ta’ Xbiex.
L-għadd tal-voti ta’ 67 lokalità se jibda llum u jkompli sa nhar il-Ġimgħa, bil-lokalitajiet jinqasmu tul it-tlett ijiem. Il-Ħadd li għadda tħabbar li l-Partit Laburista kiseb il-maġġoranza b’rebħa storika ta’ 54.2% fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fejn ġew eletti erba’ Membri Parlamentari Ewropew Laburista u żewġ MEPs Nazzjonalista.