Fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar beda l-għadd tal-voti ta’ tliet elezzjonijiet li saru s-Sibt filgħodu.
Dawn huma sabiex jintagħżlu erba’ membri tal-eżekuttiv fl-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u sabiex jingħażlu l-Presidenti tar-Reġjuni tat-Tramuntana u ta’ Għawdex.
L-elezzjoni li saret dalgħodu ġewwa l-Kunsilli Lokali għalqet fil-11 ta’ dalgħodu u sas-1 ta’ wara nofsinhar waslu l-voti kollha fis-Sala tal-Għadd tal-Voti.
Hawnhekk inqelbu l-voti rashom l-isfel u issa beda l-għadd tal-voti.
Fis-sala fin-Naxxar tispikka l-preżenza tal-Kunsilliera Laburista u l-kandidat indipendenti fuq ir-reġjun ta’ Għawdex, Samuel Azzopardi.
Azzopardi, li kien sindku tar-Rabat Għawdex, kien midħla tal-Partit Nazzjonalista iżda dan twarrab mill-establishment Nazzjonalista.
Dan għaliex Samuel Azzopardi huwa magħruf għall-qlubija tiegħu lejn l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia.