Proprju bħalissa beda l-proċess tal-għadd tal-voti biex b’hekk il-pajjiż isir jaf liema huma dawk eletti bir-rappreżentanti tal-partit qed isegwu mill-qrib.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali, Louis Gatt, qal kif meta’ wieħed jisma’ biex fis-sala tal-għadd tal-voti kulħadd isib postu, hemm ir-rappreżentati tal-partiti politiċi, skond il-liġi elettorali, isibu posthom wara l-ħġieġa li tifridhom minn ma’ dawk li qed jaraw il-voti u r-rappreżentati jibdew josservaw l-għadd tal-voti. Minn hemm jibdew jitniżżlu kaxxa, kaxxa biex b’hekk kull counting assistant jiċċekja l-batch li jkollu. Hemm ir-rappreżentanti jsegwu mill-qrib biex jaraw jekk hemmx ukoll voti dubjużi, fejn f’każ li jkun hemm voti dubjużi dawn isirilhom timbru.
Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali, Louis Gatt, qal kif qabel kienu jsiru ħamsin, ħamsin iżda issa m’hemmx għalfejn hekk kif hemm l-iscanner li jgħoddhom. Għaldaqstant, hu qal li l-voti jitpoġġew wiċċhom ‘l isfel f’kull kaxxa.
Gatt qal li permezz ta’ dan il-proċess il-ġdid, issa m’hemmx għalfejn li wieħed ipoġġi l-voti fil-garżella skond in-numru allokat lill-kandidat hekk kif l-iscanner issa se jkun qed jieħu stampa tal-polza tal-vot kollha.
Qal kif wara li dik il-kaxxa tiġi scanned kollha, is-sistema tikkonverti dik l-immaġini tad-dejta tan-numru u tikkonvertiha f’numru li jkun fiha valur. Wara li jsir dan, se jkun hemm numru li s-sistema tqis dubjuż fejn dawn il-poloz, b’mod elettroniku, se jgħaddu għand l-aġġudikaturi u minn hemm tittieħed deċiżjoni dwaru.
Permezz ta’ din is-sistema l-ġdida, dawn il-voti jgħaddu minn tliet proċessi fejn permezz ta’ dan l-eżerċizzju l-ġdid, il-proċess kollu jieħu tmien sigħat b’kollox. Gatt qal li wara dan il-proċess, is-sistema tkun ġabret l-informazzjoni kollha, kull numru fuq kull polza, u ġaladarba jkollha dak kollu, is-sistema tkun tista’ toħroġ kull għadd kif tradizzjonalment nafuhom. Dan ifisser li r-riżultat jista’ joħroġ f’ħin iqsar.