Ftit tax-xhur ilu, l MEPA ħarġet il-permess għall- estensjoni tal- Addolorata u illum harġet sejħa ta’ interess għal Public Private Partnership għaċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Min jerbaħ dan il-kuntratt għandu jestendi ċ-ċimiterju biex jiżdied l-ispazju għall-2880 qabar ġdid fuq 4 sulari u għandu jivesti mill-inqas sitt miljuni f restawr biss li għandu bżonn iċ-ċimiterju. Min jieħu l-konċessjoni għal- 15-il sena għandu wkoll jżomm il-manutenzjoni tal-kumpless kollu ta’ livell dinjituż u jieħu ħsieb it-tmexxija u servizzi li huma offruti lil klijenti.
Il-ħaddiema tal-Addolorata se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern bl-istess kundizzjonijiet li għandhom issa- il-unions diġa huma nfurmati dwar dan l-arranġament. Il-Gvern qed jistipola li l-estenzjoni għandha titlesta f’ sentejn.
Fil-proċess tal-għażla, l-esperjenza tal-applikanti u l-kapaċita teknika tal-ħaddiema tagħhom se tkun analizzata biex jintagħżel l-aħjar applikant għal din l-isfida.
Is-sejħa tal-interess tistipola li l-manutenzjoni tal-kumpless għandu jżomm l-istil neo-gotiku li bih inbena madwar 150 sena, iġifieri f’forma ta’ ġnien. Iċ-ċimiterju tal-Addolorata s’issa għandu madwar 16,000 qabar.