Se jkun qed jibda l-proċess biex il-masġar ta’ Ulysses Grove fix-Xewkija jinbidel f’park għall-familja. Ħabbret dan il-Ministru Justyne Caruana fejn spjegat kif dan il-proġett se jiġi maqsum fi tliet fażijiet.Hi spjegat kif l-ewwel fażi, liema sejħa għall-offerti diġà ġiet ippubblikata, se tkopri l-proċess ta’ livellar u se tisaħħaħ il-bażi fejn se ssir it-trakka u materja oħra relatata.
It-tieni fażi se tkopri l-bini ta’ entraturi ġodda, it-tiswija ta’ dawk preżenti, kif ukoll ir-restawr tal-ħitan tas-sejjieħ. It-tielet u l-aħħar fażi se tara l-installazjoni ta’ tgħamir bħal bankijiet u open air gym biex dan il-park tal-familja jibda jitgawda mill-pubbliku inġenerali.