Is-Sibt ingħata bidu għall-Malta International Arts Festival, permezz ta’ installazzjoni vidjografika.
Din il-wirja, li tinsab fi Pjazza Tritoni fiha filmati ta’ skulturi ta’ artisti Maltin.
Id-Direttur Artistiku ta’ dan il-festival, Reuben Zahra spjega x’inhi l-għan ta’ din l-installazzjoni.
Zahra qal, “Bis-saħħa tal-video qed nidħlu fl-iskultura, nidħlu fil-pittura. Huwa vjaġġ ġol-arti ta’ Sciortino, ta’ Vincent Apap, ta’ artisti kontemporanji wkoll, fosthom Pawl Carbonaro, Austin Camilleri. Bit-tama wkoll illi l-pubbliku li ħa jiltaqa’ ma’ dan ix-xogħol imur jara l-oriġinali, propju fil-Belt Valletta – ġol-MUŻA u l-Malta Society of Arts.”
Dan il-festival tal-arti, li fih diversi wirjiet madwar pajjiżna jintemm fit-tlieta ta’ Lulju.