Fil-kapitali Ċiniża, Beijing, reġa’ skatta l-proċess tal-ittestjar tal-massa għal miljuni ta’ residenti wara żieda fil-każijiet tal-Covid-19.
Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda fid-distrett ta’ Chaoyang, ġew irrappurtati 26 każ, li huwa l-ogħla numru ta’ każijiet f’dawn l-aħħar xhur f’Beijing.
Quddiem ħwienet tal-merċa nġemgħu ħafna nies, minkejja li l-Gvern assigura provvista tal-ikel biżżejjed għall-popolazzjoni.
Ir-residenti kollha f’Beijing, li jgħoddu għal aktar minn tliet miljun persuna, se jgħaddu minn tliet rawnds ta’ ttestjar.