L-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi fethet l-istagun 2023/2024 fejn matul dan l-istagun ghanda ippjanta 5 Kampjonati bil-Muturi Enduro, Motocross u Trials u bil-Karozzi Autocross u 4×4.
Intant mutal il-gimgha li ghaddiet giet organizzata l-ewwel attivita mil-Kamojonat Nazzjonali 4×4 u Enduro li kien sponserjat mill-Hilltop Garage 4×4 u Pick up Accessories. L-Attivita saret fil-Barriera fil-Fawwara grazzi ghal Schembri Barbros fejn b’kollox irregistraw 27 kompetitur, 10 bil-vetturi 4×4 u 17 bil-Muturi Enduro.
Harsa hafifa li x’gara fis-sezzjoni 4×4 fejn rajna lil Kenneth Borg, Neville Ciantar u Alan Zahra jiddominaw il-Klassi Ultra, matul il-hames dawriet dejjem zammew il-hinijiet vicin xulxin hlief Ciantar li fit-tieni dawra fejn spicca waqqaf b’hekk ir-rizultat finali spicca Borg flimkien mal-Co Driver Kenneth Micallef jirbhu il-klassi b’hin totali ta’ 15 il-minuta 52.11 sekondi segwiet min Zahra flimkien mal Co Driver tieghu Kevin Calleja b’hin totali ta 16 il-minuta 49.77 sekondi fit-tielet post spicca Ciantar b’hin totali ta’ 17 il-minuta 14.95 sekondi.
Mill-Klassi Legends rajna Joseph Gatt u Bradly Aquilina jiddominaw din il-klassi fejn matul il-hames laps rajna lil Aquilina iz-zied fil-hin fejn witta it-triq il-Gatt biex jirbah din il-klassi fejn ir-rizultat finali spicca Gatt flimkien mal-Co Driver tieghu Mark spicca rebah din il-klassi b’hin totali ta’ 20 minuta 37.45 sekondi segwiet min Aquilina flimkien mal-Co Driver tieghu Wayne Grixti b’hin totali ta’ 22 minuta 20.33 sekondi, fit-tielet post spicca Darren Cauchi flimkien mal-Co Driver tieghu James Cutajar b’hin totlai ta’ 25 mintua 23.22 sekondi.
Intant harsa x’gara fl-Enduro fejn 17 il-kometitur hadu sehem u kienu maqsuma fit-tlet klassijiet, mix-xena Overall rajn lil Bernard Sammut fuq mutur Beta jiddomina il-gurnata fejn beda b’hin 2 minuti 42.31 sekondi u kompla itejjeb il-hin fit tieni heat fejn irrnexilu jerga inqas biex spicca b’hin 2 minuti 40.05 sekondi, b’hekk Sammut spicca is sigila ir-rebha tiehu fl-attivita tal-Kampjonat Nazzjonali Enduro b’hin totali ta 5 minuti 22.37 sekondi segwiet min Aidan Galea fuq mutur KTM b’hin totali ta 5 minuti 43.15 sekondi, fit-tielet post spicca Julian Scicluna fuq mutur Beta b’hin totali ta 5 minuti 44.76 sekondi.
Rizultati tal-Klassijiet fi Klassi A kien mirbuha min Bernard Sammut fuq Beta segwiet min Krist Falzon fuq mutur Husqvarna u fit tilet post spicca Joseph Scicluana fuq mutur KTM. Fi Klassi B rajna lil Aiden Galea fuq KTM jirbah din il-klassi segwiet min Julian Scicluana fuq Beta, fit-tielet post spicca Daniel Caruana fuq Honda. Fil-Klassi Electric rajna lil Jamin Farrugia fuq Mutur Light B jirbah din il-klassi segwiet min Matthias Vella fuq mutur Ultra B, fit-tielet post spicca Adrian Bonnici fuq mutur Suron.
Intant attivitajiet ghax-xahar ta Dicembru huma it-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Motocross fit 3 ta’ Dicembru u tibda 10am, l-ewwel attivita bil-Kaorzzi Autocross mistennija issir 10 ta’ Dicembru u tibda 11am fejn l-attivitajiet ghal din is sena jalqu fis-17 ta’ Dicembru fejn tigi organizzata il-Big Car Demolition 2023 b’risq Puttinu Cares dak inhar il-Program jibda 9am bit-tielet attivita bit-Trials, 1pm Rides ghal Pubbliku prezenti bil-vetturi Autocross u 4×4 wara 3pm tibda Demolition Derby.
Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġna tal-Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt