Dalgħodu beda l-ġuri ta’ Jospeh Scicluna, li jinsab mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Farrugia. Il-każ seħħ fl-aħħar jum ta’ Ottubru tal-2018, fl-inħawi ta’ San Ġakbu, f’Ħad-Dingli.
Il-vittma kien spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn tir t’arma tan-nar.
Fil-Qorti kien intqal li ż-żewġt irġiel huma kaċċaturi u l-mottiv wara dan kollu kien argument f’dan ir-rigward.
B’kollox, Scicluna qed jiffaċċja erba’ kapi t’akkużi, fosthom bl-attentat ta’ qtil ta’ Farrugia, li kkawża ferita gravi u anke pussess illegali ta’ arma waqt il-kommossjoni.