Fil-Qorti beda għaddej ġuri, raġel li meta allegatament wettaq il-qtil kien għadu taħt l-età.
Ir-raġel li fuq ordni tal-Qorti, ismu ma jistax jissemma jinsab mixli li waqt hold-up li seħħ tlieta u għoxrin sena ilu huwa qatel kiesaħ u biered lil Vittorio Cassone.
Dan Cassone kien qed jaqdi lill-klijenti tiegħu f’ristorant ġewwa San Ġiljan meta l-aggressur daħal u talbu l-flus. Minkejja li Cassone tah mija u ħamsin lira Maltin, l-akkużat allegatament sparalu f’sidru biex miet fuq il-post.