Fl-Amerka tibda l-ewwel prova ta’ vaċċin fuq il-bnedmin bil-għan li tipproteġi kontra l-pandemija tal-Coronavirus. Erba’ persuni voluntiera ngħataw it-tilqima bħala prova.
Dawn it-testijiet fuq il-bnedmin, li huwa ffinanzjat mill-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa Amerikan, qabeż il-pass li normalment isir biex jiġi żgurat li l-vaċċin kapaċi joħloq rispons tajjeb fis-sistema immunitarja fl-annimali qabel ma jiġi ttestjat fuq il-bniedem.
L-esperti qalu li minkejja li l-vaċċin jinsab f’dan l-istadju, xorta waħda iridu jgħaddu x-xhur biex ikun ipprovat li dan il-vaċċin flimkien ma’ studji oħra li qed isiru jkunux ta’ suċċess jew le. Dan filwaqt li xjentisti minn madwar id-dinja qed iħaffu l-proċess tar-riċerki tagħhom dwar il-Coronavirus.