Tmien timijiet tal-ogħla livell fid-dixxiplina tal-eSports jinsabu Malta biex jieħdu sehem f’kampjonat dinji tal-logħba virtwali Counter Strike Global Offensive biċ-ċans li jirbħu s-somma ta’ $150,000.
Dan huwa l-ewwel kampjonat ta’ livell dinji li qed jittella’ f’pajjiżna fis-settur tal-eSports, qasam emerġenti ieħor fl-ekonomija ta’ pajjiżna.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Grupp Eden Leisure, Simon Decesare, qal li dan il-kampjonat qiegħed iservi wkoll ta’ promozzjoni għal pajjiżna:
“The fact that its going to be viewed by 5 million unique viewers means we’re going to be promoting Malta both as a venue through the support of the MTA as well as the name, Malta is going to be a huge draw to people to see the attractiveness of the country and hopefully they’ll be enticed to come here”.
Il-kampjonat mifrux fuq ħamest ijiem qed jattira wkoll diversi studenti Maltin li qedgħin isegwu kors fl-iGaming fl-MCAST.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-Gvern qed jaħdem fuq strateġija ġdida għal dan is-settur li għandu l-potenzjal li joffri karrieri innovattivi:
“Mis-sena d-dieħla se nkunu qed naraw kif se mmorru b’mod strateġiku biex ikollna iktar avvenimenti internazzjonali, imma mhux biss. Se naraw inizjattivi wkoll biex niġbdu kumpaniji ġodda lejn Malta, u wkoll nagħtu opportunità ta’ studju f’din l-industrija”.