Bħalissa għaddejja ħidma sabiex jingħata l-asfalt fuq it-tieni pont mill-proġett tal-Kappara.
Dan wara li lejn l-aħħar ta’ Lulju infetaħ wieħed mill-pontijiet tal-Kappara.
Iż-żewġ pontijiet mistennija jkunu miftuħin għas-sewwieqa qabel tibda l-iskola, proprju kif ġie mwiegħed.