Wara xhur ta’ ħidma se jibda jaħdem l-inċineratur li permezz tiegħu dawk li għandhom għall-qalbhom l-annimali se jkunu jistgħu jiddisponu minnhom b’mod mill-aktar dinjituż f’każ li jmutu jew jitraqqdu.
L-inċineratur li jinsab fis-santwarju tal-Island Sanctuary f’Marsaxlokk jista’ jibda jintuża wara li fl-aħħar jiem ħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Iċ-Ċerpersin tas-Santwarju, Claire Gafa qalet li l-inċineratur sewa aktar minn sitta u għoxrin elf ewro u s-sidien se jkunu jistgħu jżommu l-irmiet tal-annimal li tant ikun tahom wens f’ħajjithom.
Lycia Mallia, voluntiera fis-santwarju spjegat li dan hu pass importanti li jagħti tislima dinjituża lill-annimali li tant għandhom għal qalbhom.
Island Sanctuary tagħmel differenza kbira għax qabel meta jmutlek pet ma kellekx fejn tidfnu jekk ma kellekx xi għalqa personali tiegħek u jkollok qisek trid titfgħu ġo skip. Issa once li jmutlek il-pet tiegħek jiġi kremat u tistà żżommu miegħek bħala ashes.
Żiedet tgħid li minħabba raġunijiet legali, l-inċineratur se jservi biss għal annimali domestiċi
Claire Gafa qalet li dawk li jixtiequ jiddisponu mill-annimali tagħhom permezz ta’ dan l-inċinertur jista’ jikkuntattjahom fuq in-numru tas-santwarju.