B’investiment ta’ €14.3 miljun, mil-lum sa tmiem il-ġimgħa, 41,285 familja bi kważi 62,000 wild se jieħdu l-pagament taċ-Children’s allowence b’żieda, li jiġbor fih l-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-tfal Michael Falzon waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, li tenna kif permezz ta’ dan, għal darb’oħra l-Gvern qed iwettaq dak li jwiegħed.
Kif imħabbar fil-Baġit 2024, mis-sena d-dieħla l-Allowance tat-Tfal ser jiżdied b’€250 kull wild fis-sena, b’din iż-żieda tkun mqassma fuq 4 pagamenti.
Il-Ministru Falzon ħabbar ukoll kif fi tmiem din il-ġimgħa ser jitħallsu wkoll diversi pagamenti illi jkopru l-ewwel 3 xhur tas-sena d-dieħla. Ewlenija fosthom hemm l-2,158 pagament għall-allowance għal tfal b’dizabiltà, b’investimnet ta’ kważi miljun ewro u l-pagament tal-Għajnuna Supplimentari lil 19,645, b’investiment ta’ €4 miljun.
Dan ifisser li sa tmiem din il-ġimgħa €19.2 miljun oħra se jmorru fil-bwiet tal-familji bit-tfal u persuni bi dħul baxx.
Intant tul il-ġimgħa li għaddiet, b’kollox il-Gvern investa mal-€34 miljun bil-Beneficcju Addizzjonali għall-Għoli tal-Ħajja.