Fil-qorti beda jinstema’ l-każ tan-negozjant Yorgen Fenech kontra is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci.
F’każ kostituzzjonali li fetaħ, Yorgen Fenech qed jilmenta li nkissrulu d-drittijiet tiegħu għax ingħalqet il-Qorti minħabba l-pandemija fuq deċiżjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tiegħu ma komplietx tinstema fil-qorti.
Il-Professur Gauci qalet li ilha tliet snin u ħames xhur fil-kariga ta’ Supretendent tas-Saħħa pubblika qalet li l-Coronavirus ġiet iddikjarata pandemija mill-WHO.
Gauci spjegat li din hija sitwazzjoni fejn kellna numru ta’ każijiet li nfirxu. L-ewwel kellna każijiet impurtati imbagħad bdew jinfirxu fil-komunita. Hemmhekk hija ddikjarat emerġenza ta’ saħħa pubblika.
Mistoqsija dwar ir-riskju jekk ma jiġux segwiti l-miżuri, Profs, Gauci qalet għandna nħarsu lejn l-Italja u naraw stampa ċara ta’ kemm kellhom imwiet. Qalet li f’Malta kellna ħames imwiet biss, għax ipprotteġejna lin-nies vulnerrabli. Jekk ikollna ħafna każijiet, s-servizz tas-saħħa f’Malta ma jkampax.
“Fil-qorti m’aħiex inżommu d-distanza, hawn nies qegħdin qrib ħafna ta’ xulxin għalhekk ilbisna l-maskri” qalet Profs. Gauci.
Dwar l-għeluq tal-Qorti minhabba l-COVID-19, qalet li għandu jkun l-qorti li jiddeċiedi każ huwiex urġenti biex jordna l-ftuħ b’urġenza biex jinstemgħu l-kawżi.
Qalet li għaliha din kienet l-ewwel darba li kellha tagħlaq il-qorti minhabba l-pandemija.
Qalet li ma tistax tgħid meta se jinfetaħ il-qorti; jiddependi kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.
Il-Profsessur Gauci qalet li saret ħidma bħal djar tal-anzjani, ċentri ta’ detenzjoni u l-ħabs fejn ittieħdu l-miżuri biex il-virus ma jinfirixx.
L-avukat Charles Mercieca f’isem Yorgen Fenech, qal li Fenech jixtieq irodd ħajr lil Professur Gauci f’isem il-poplu malti tal-ħidma tagħha.
Iżda l-Avukat tal-Istat Victoria Buttigieg qalet li bir-rikors li ppreżenta Yorgen Fenech b’mod ċar qiegħed jattakka ħidmet is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.